Spettaklu ta' talenti.

L- Ispettaklu kien veru sabiħ! Mela,

sar f'Sant'Anton, filgħodu u dam

ħames sigħat. Mitt ruħ ġew biex

jaraw dan l-ispettaklu.


Kien hemm tmien parteċipanti jippreparaw biex juru t- talenti sbieħ fuq il-palk.


Fl- aħħar ġiet mara tkanta diska sabiħa ħafna. Imbagħad ġiet żeffiena li bdiet tiżfen bin- nemes fuq rasha! Kulħadd veru għoġbitu din il- biċċa . Anke lili veru għoġbitni għax in-nemes huwa l-aktar annimali li nħobb . Wara ġie raġel li beda jagħmel il-maġija . Hu beda jtir! Kulħadd b'sorpriża beda jċapċap . Imbagħad ġie raġel ieħor li beda jirkeb iljun! Dan l-iljun beda jaqbeż ġebel kbir.


Wara ġie l-President ta' Malta li qal '' Grazzi talli ġejtu u bis-saħħa tagħkom ġbarna elfejn ewro għall-qtates ta' Sant' Anton!'' Dan l- ispettaklu ma setax ġie organiżżat aħjar!"