5, Triq il- Kbira

Żejtun

16 ta' Marzu 2024


Għażiża Zija Beth,

Nispera li tinsab tajba! Il- mama' qaltli li kont interessata tkun taf kif jiġi ċċelebrat żmien l- Għid f' Malta peressli ilek ħames snin l- Awstralja. Ħa nagħtik ftit informazzjoni dwar l- Għid.


L- ewwel ħaġa li ħa ngħidlek hu xi jsir f' Ħamis ix- Xirka. Dan ikun żmien ir- Randan. Ir- Randan iddum erbgħin ġurnata. Qabel Ħamis ix- Xirka jkun hemm Ħadd il- Palm u d- Duluri. F' Ħamis ix- Xirka l- qofol jintlaħaq bil- funzjoni tal- Ħasil tas- Saqajn. Din iċ- ċelebrazzjoni tinħadem billi l- qassis li qed jirrappreżenta lil Ġesu' fl- Aħħar Ċena, jaħsel saqajn ta' tnax -il persuna li jfakkruna fl- Appostli. Flgħaxija jkun hemm is- Seba Visti li tista' żżur seba' knejjes u nitolbu dwar il- passjoni ta' Ġesu'. F'dan iż- żmien ikunu ppreparaw ukoll is- sepulkru armat u mżejjen bi fjuri bojod.


Wara Ħamis ix- Xirka hemm waħda mill- iktar ġranet tad- dwejjaq il- Ġimgħa l- Kbira. Din il- ġurnata nfakkru fil- passjoni u l- mewt ta' Ġesù. Il- ġurnata li miet għalina fuq is- salib. Fil- knisja ma jkunx hemm qaddies imma jkun hemm il- Funzjoni tal- Bews tas- Salib. Mal- ħoss kiebi taċ- ċuqlajta toħroġ il- purċissjoni. Ġol- knisja jkun hemm il- vari ta' Ġesù' fl- Ort, Il- Bewsa ta' Ġuda, il- Marbut, il- Veronika, Tax- Xmun iċ- Ċirinew, id- Duluri, il- Vara l- Kbira u l- Monument. Xi nies ikunu libsin persunaġġi Bibbliċi u l- baned idoqqu marċi funebri. Dik il- ġurnata l- atmosfera tkun waħda serja u xi naqra tad- dwejjaq li qas it- temp ma jkun xemxi.


Imbagħad jiġi l- Irxoxt, li niċċelebraw il- qawmien mill- mewt ta' Ġesù! Atmosfera tkun waħda ferriħija speċjalment fl- irħula li jiġru bl- istatwa sabiħa. Waqt li t- tfal iż- żgħar ikollhom xi bajda f' idejhom biex tiġi mbierka mil- qassis. Fid- djar ikun hemm ħafna ikliet tradizzjonali bil- ħaruf u xi biċċa figolla ma tonqosx!


Nispera li qrajt l- informazzjoni kollha li xtaqt u li kont interessata biż- żejjed biex is- sena d- dieħla tiġi tqatta' l- Għid magħna!

In- neputija

Zael