6Safra mill-Aqwa .






Is-sajf li għadda jien u l-familja tiegħi morna l-Ingilterra . Taf kemm ħadna gost!. Ħa ngħidlek kollox.


Darba ommi ddecidiet li mmorru l-Ingilterra. Kulħadd qal iva għax kulħadd xtaq isiefer. L-għada filgħodu ppakkjajna l-bagalji u tlaqna. Tgħidx kemm ħadt affarijiet. Ħadt it-tablet u l-ħwejjeġ. Meta wasalna t-temp kien bnazzi. L-ewwel morna l-lukanda biex inpoġġu l-bagalji. Wara jiena u oħti morna nixtru għax inħobbu nixtru ħafna. Missieri u ħija marru jaraw il-karozzi għax tgħidx kemm kien hemm karozzi sbieħ. Ommi marret spa u hemmekk kienet fil-ġenna tal-art. Wara kellna ħafna ġuħ,allura morna nieklu. Fl-aħħar morna fil-pixxina. Taf kemm ħadna gost!


Il-ġurnata waslet u sfortunatament kien wasal il-ħin li mmorru lura d-dar. Kemm nixtieq li għadna l-Ingilterra.