Fit-teatru l-imwaqqa tal-Belt sar l-ispettaklu li tant kien mistenni bl-isem ta' "Mużika Mużika". L-ispettaklu sar fuq medda ta tlett ijiem ħmistax,sittax u is-sbatax to diċembru. It-teatru kien imli bin-nies.



L-ispettaklu kien maqsum fi tlett kategoriji ta' etajiet differenti. B'kollox kien hemm għoxrin parteċipant minnhom kbar u minnhom żgħar li kollha daqqew strumenti differenti fosthom kien hemm il-flawt, il-vjolin, il-kitarra, il-klarinett saħansitra kien hemm tifel ta' sebgħa snin li paxxa lin-nies kollha li kien hemm fit-teatru bid-daqq tiegħu tal-arpa kulħadd baqa' b'ħalqu miftuħ bit-talent enormi ta' dan it-tifel żgħir .it-teatru pakkjat daqs landa tas-sardin kollha b'ħalqhom miftuh beraħ jisimaw dik il-melodija maġika.



Fost l-udjenza kien hemm preżenti il-president ta' malta George Abela. Waqt l-ispettaklukien hemm ġbir tal-fondi għat tfal li qegħdin fl'istitut. B'sorpriża kbira il-president ta' malta George Abela irdoppja is-somma tal-flus li kienet inġabret. In-nies li kien hemm fit-teatru tal-Belt ma waqfux iċapċpu b'dan l-aħbar.



L-attivita Mużika Mużika kienet ta' suċċess kbir,iżda kien hemm min issuġerixxa biex sena oħra jekk terġa tiġri din l-attivita ssir f'post akbar għax l-attendenza kienet enormi


SPETTAKLI

Mużika Mużika

No134

20ta'Dicembru