Ġurnata fil-kampanja


Kien il-Ġimgha, u t-temp kien bnazzi bix-xemx tiżreġ. Kien hemm ftit sħab. Ommi u missieri ġabu l-ftajjar biex immorru l-Buskett. Huma ħawruhom bit-tonn taż-żejt u ż-żebbuġ. Ġabu l-luminata, meraq tal-larinġ, ballun biex nilagħbu, ħabel u l-'board games'.


Konna l-mama', il-papa', jien u ħija. Il-basket kien mimli sa ruħ ommu u kien tqil ċomba! Daħħalna l-basktijiet u l-mama' saqet dritt għall-Buskett. Hekk kif wasalna, ta' tfal li aħna morna niġru 'l hemm u 'l hawn. Qabadni l-ġuħ u mort niekol il-ftajjar u kienu vera tajbin! Il-Buskett kien hemm ħafna siġar kbar, ħaxix aħdar ma' kullimkien, fjuri sofor lellux, għasafar ipespsu u l-weraq iħaxwex. Tant lgħabt u ġrejt li ħassejtni għajjien mejjet! Jien u ħija lgħabna Uno u Monoploly. Jien kont qed nirbaħ lil ħija, imma kellna mmorru d-dar.


Dabbarna rasna lejn id-dar. Wara li ħadt banju, mort dritt ġos-sodda għax kelli n-ngħas!