Il-Ħuta u l-Qattus

Darba waħda f'ġurnata xemxija f'Ġunju l-familja Borġ iddeċidiet li tmur il-Mellieħa biex tistad. Magħhom ħadu qasba tas-sajd.



Meta waslu, il-baħar kien qisu żejt. Il-papa' mill-ewwel qabad dik il-qasba u telaq jistad! Ftit minuti wara, għall-ħabta ta' nofsinhar il-papa' kien ferħan se jtir. Dan għaliex huwa ħass il-qasba tiċċaqlaq. Iddeċieda li jgħolliha u sab ħuta enormi ta' lewn blu quddiem għajnejh. Lanqas beda jemmen dak li kien qed jara. Wara, il-familja ddeċidiet li tmur id-dar biex fis-siegħa ta' waranofsinhar tiekol il-ħuta. Meta waslu l-mama' bdiet issajjar dik il-ħuta enormi. Wara ftit tal-ħin ftakret li kellha tonxor il-ħwejjeġ. Marret tonxor sakemm il-ħuta bdiet issir. F'ħin bla waqt, il-qattus imqareb daħal fil-kċina nkiss inkiss biex jiekol dik il-ħuta t-tajba. Ftit tal-minuti wara, il-familja Borġ kienet lesta biex tiekol dik l-ħuta. Pero' sabu biss xewk għaliex il-ħuta kien kielha kollha l-qattus.



Kulħadd dendel geddumu għax baqgħu b'xiber imnieħer. Spiċċaw biex ma kielu xejn. Ma kienx qattus!!