Ġurnata fil-ħajja ta' Tom u Jerry!


Tom: L-għodwa t-tajba ħabib. Irqadt sew?

Jerry: Bonġu sieħbi. Iva, rqadt qisni re għax kont għajjien ħafna!

Tom: Għaliex kont għajjien?

Jerry: Ilbieraħ kien għeluq snin it-tifla ż-żgħira tiegħi u għamilnielha festin żgħir id-dar. Ħadna kedda kbira biex ikkaċċjajna biżżejjed ikel għal kulħadd, għax kellna ħafna.

Tom: Xi ħlew! Kemm xtaqt li ġejt. Taf li ma stajtx għax kont ġo foresta 'l bogħod.

Jerry: Iva, xtaqniek tkun hemm, inti u l-familja tiegħek.

Tom: Ħadtu gost? Min jaf kemm żfintu!

Jerry: Iva, ħadna ħafna gost u żfinna mhux ħażin. Ara, ġibtlek biċċa kejk miegħi. Naf li taċ-cikkulata tħobbu!

Tom: Grazzi ħafna! X'sorpriża din! Bilħaqq għax kont se ninsa! Ġibtlek rigal għat-tifla. Nispera li joġgħobha.

Jerry: Grazzi ħafna! Joġgħobha żgur.

Tom: Narak għada ħabib!

Jerry: Narak!