Dakinhar li mort is-suq man nanniet.

Ħelow, illum se ngħidlek l-istorja ta' meta mort is-suq man-nanniet tiegħi. Din l-istorja ġrat xiġimgħa ilu, kienet ġurnata sabiħa , la kiesħa u lanqas sħana.

Aħna morna s-suq taż- Żejtun, bil-karozza tan-nannu u għal ħabta tat-tmienja, hu pparkja l -karozza biex immorru nixtru. Malli wasalna, jiena ndunajt li kien hemm ħafna nies hemmhekk u kien hemm ħafna affarijiet ukoll. Kien hemm skulturi, ikel, xorb, ħwejjeġ, kotba, vażuni, platti, ġugarelli u ftit maskli minħabba li saru vera mportanti.

Sakemm aħna konna qed nimxu, aħna ltqajnamal-ħabib tiegħi, Mason! Jiena u Mason, ħbieb tajbin ħafna, miegħu kien hemm ukoll l -ġenituri tiegħu, huma ġew hemm biex jixtru wkoll! Aħna ddeċidejna li mmorru nixtr flimkien. Jien xtrajt skultura ta' kelb u ftit ikel u xorb, wara li aħna xtrajna l-affarijiet li kellna bżonn, aħna lgħabna ftit logħob u qgħadna nitkellmu flimkien.

Wara nofs siegħa flimkien, Mason ħaseb li jmur lurad-dar, mela jien għidtlu saħħa u hu telaq. Wara ftit minuti aħna kellna bżonn immorru wkoll, mela morna lura għal karozza u tlaqna.

Jien ħadt ħafna pjacir hemmhekk u nixtieq li fi ftit iktar ġranet, nerġa' mmur hemm

man-nanniet.