Clare Azzopardi twieldet fil- 5 ta' Lulju 1977 u hija awtriċi Maltija, li kitbet ħafna kotba għat-tfal u kif ukoll għall-kbar.


Din l-awtriċi bravissima kitbet kotba differenti għalina t-tfal biex nużawhom l-iskola sabiex nipprattikaw il-lingwa Maltija minn fuqhom, fosthom hemm Tikka Malti, Stilel u Kalejdoskopju. Kitbet ukoll stejjer u avventuri oħra li aħna t-tfal żgur nieħdu gost naqraw, bħall-Tikka Qari (series), Senduq kuluri, Senduq Bufuri u ħafna oħrajn.


Clare rebħet ħafna premijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’ lingwi oħra. Fil-ħin liberu tagħha din l-awtriċi tħobb taqra ħafna kotba jew tikteb xi ktieb ġdid.


Ħadt gost nitgħallem u naqra fuq Clare Azzopardi. Jien tgħallimt dwar l-importanza tal-qari u li għandi naqra iktar kotba bil-Malti.