Mostru Kbir

Dakinhar li tfaċċa mostru kbir quddiem il-bieb tad-dar, jiena kont id-dar waħdi mal-għasafar. Smajt il-bieb iħabbat. Jiena ftaħt il-bieb u rajt mostru!!!

Il-mostru kien kbir u kien ikkulurit, bl-aħdar, oranġjo u kulur id-deheb.


Jien u l-għasafar bżajna ħafna u hu beda jiġri warajna. Jien u l-għasafar waqqafnihom. Jien staqsejtu għalfejn beda jiġri warajna. Il-mostru qaltli li hi mara u li kienet inkissritilha d-dar. Jiena żammejt lilha u lit-tifel tagħha fil-kamra tiegħi u bdiet tgħidli s-sigrieti tagħhom. Is-sigriet kien li setgħu jisparixxu fejn u meta jridu.


Aħna qgħadna nilagħbu flimkien mal-għasafar. F'nofs ta' lejl jiena qomt u mort nirranġalha d-dar. Ġejt lura d-dar għajjiena mejta u nsib il-mostru tfittex ġol-kċina. Staqsietni fejn mort. Għedtilha li mort nirranġalha d-dar tagħha u riedet tara kif ġiet.


Bil-maġija tagħha f'sekonda wasalna fejn id-dar tagħha. Bdiet ġurnata ġdida u għedtilha biex tmur id-dar tagħha imma ma riditx u ftiehmna li nibqgħu ngħixu flimkien.


Jiena ħadt gost għax kont inkun waħdi. Il-ħaġa li dejqitni kienet li ridt inżommha sigriet bejni u bejn l-għasafar.