Kitba ta' rakkont

Darba waħda Bobo il-qanfud kien f'daru qed jara programm li kien iħobb jara kull nhar ta' Ġimgħa. Kien qed iħoss ħafna bard għalhekk mar iġib kutra u tefagħha fuqu. F'radda ta' salib sema' ħoss mat-tieqa. Ħares lura u ra lill-ħabib tiegħu; Ġoġo' l-iskojjatlu. Hu mar jiftaħlu l-bieb u daħħlu ġewwa biex jieħdu begħla kafe' u joqogħdu jitkellmu.




Meta saru l-għaxra ta' billejl, qabadhom in-ngħas u daħlu jorqdu. X' ħin l-iskojjatlu marret għajnu bih, il-qanfud beda' jniggżu bix-xewk tiegħu. Meta l-iskojjatlu qam, wara ma setgħax jorqod. L-iskojjatlu qajjem lill-qanfud u qallu li beda' jniggżu. Għalhekk huma t-tnejn ġew bl-idea' li jmorru għand il-ħabib tagħhom Fonzu l-fenek.




Ħarġu u bdew it-triq għal għand seħibhom Fonzu. Kellhom triq twila ħafna! Waslu għand il-fenek u ħabbtulu. Meta fetaħ il-bieb, ma tantx deher ferħan imma l-fenek xorta waħda daħħalhom. Hu staqsihom għaliex marru għandu u huma qalulu li marru għax ma kinux komdi jorqdu ħdejn xulxin.