It-triq fejn noqgħod


Abigail Magro


It-triq fejn noqgħod ma nibdilha mal-ebda triq oħra. Fiha ssib minn kollox u tinsab fit-tarf tar-raħal. Fit-triq tiegħi joqogħdu tmin familji. Id-dar qiegħda fin-nofs.


Hija mdawra bis-siġar unkarozzi ma jgħaddux. Ħsejjes ftit li xejn tisma' u issib ħwienet differenti. Fost dawk li joqogħdu fit-triq tiegħi nsibu lil Vonnie, mara tad-dar b-qalb tad-deheb. Dejjem lestha biex tgħin lil kull min taf. Jekk tinduna li ma nifilħux tiġi tistaqsi jekk għandniex bżonn xi qadja jew xirja. Jekk tarak mgħobbi bil-basktijiet erħilha tiġi tagħti daqqa t'id. Vonnie toqgħod faċċata tad-dar tiegħi.



Il-ġirien l-oħra qalbhom tajba ukoll. Darba omki nsiet iċ-ċavetta tad-dar għand in-nanna u ssakkarna barra. B'xorti tajba kelna l-bieb tal-bejt miftuħ. Waħda mill-ġirien offriet li nidħlu mid-dar tagħha, immorru minn fuq il-bejt u nidħlu fuq il-bejt tagħna. Id-djar li hemm fit-triq tiegħi kollha għandhom l-istess faċċata. Hemm min għandu ġnien żgħir barra u min xi bank jew parapett vojt.


L-aktar żmien li nitpaxxa bit-triq tiegħi hu fil-Milied u fil-festa għax tkun imżejna ħafna.