Mark u Paul huma ħbieb. Marru f'ħanut tal-ġelat. Huma xtraw ġelat taċ-ċikkulata imbagħad ħarġu mill-ħanut. Meta ħarġu mill-ħanut raw buli mill-iskola. Il-buli qalilhom biex jagħtuh il-ġelati. It-tfal beżgħu u tawh il-ġelati. Pulizija ra x'għamel il-buli. Il-buli ra lill-pulizija u ħarab jiġri imma waqa'. X'ħin waqa' l-ġelati waqgħu fuq rasu. Imbagħad il-pulizija mar ħdejn il-buli u qallu biex jixtri żewġ ġelati u jagħtihom lil Mark u Paul.

Il-Buli tal-Klassi