Ittra Elettronika




Lil: gorg@ilearn.edu.mt

Mingħand: zdenick@ilearn.edu.mt

Data: 04/12/2020

Sugett: Xogħol



Għażiż Ġorġ,


Kif inti? Nispera li inti u l-familja kollha tinsabu tajjeb.


Xtaqt nistaqsik għal xi għajnuna għax bħalissa għandi problema. Daħlitilna biċċa xogħol taħraq u għandi bżonn immexxi xi għamara minn uffiċju għal ieħor. Qed nistaqsik għax naf li ftit ilu rajtek għaddej bi trakk kbir u naħseb dak ikun tajjeb ħafna biex toqgħod l-għamara kollha fih u nkunu nistgħu nġorruha minn Raħal Ġdid għaż-Żejtun.


Tkun tista tgħini jekk jogħġbok, Ġorġ? Inkun nafulek u ħalli f'idi wara li nġorru nieħdok tieħu kafe u biċċa kejk kif tħobb int.


Nistenna r-risposta tiegħek.


Sieħbek il-kbir,

Zdenick Cumbo