1/3/2021                     Il-Magna taż-żmien

Tikka Malti










Par 1

Kien il-Ħadd filgħodu u kien temp sabiħ u xemxi . Jiena u l-ħabiba tiegħi Ilenia konna ftiehmna biex niltaqgħu ħdejn il-bandli taż-Żejtun . Ilna nafu lil xulxin mit-tieni sena skolastika .










Par 2

Konna qed naqsmu biex nimxu fuq il-bankina ta' faċċata meta Ilenia tfixklet u waqgħet .  Ilenia waqgħet fuq kaxxa u meta ħarisna lejha mill-qrib indunajna li kienet magna taż-żmien . Din il-magna taż-żmien kellha tliet buttuniet u kellha 'timer ' . Dawn il- buttuni kellhom miktub 'Passat', 'Futur' u 'Preżent' . Ilenia qamet minn mal-art u ġiet ħdejja . Aħna għafasna il-buttuna tal-Passat u ħaditna l-Imdina . Dak il-ħin eżatt rajna il-kavallieri u wieħed minnhom ġie jgħidilna li kienu qegħdin jattakkawhom il-furbani . Qalulna ħafna iktar affarijiet u  aħna wara għednilhom grazzi . Aħna bdejna nimxu . Rajna wkoll l-istatwi ta' San Publiju ,San Pawl u Sant' Agatha . Jiena u Ilenia domna madwar sagħtejn sħaħ nimxu u nduru fl-Imdina . Hemmhekk iltqajna ma' ħafna nies , djar antiki u ħafna toroq dojoq . Dħalna fil-katidral ta' San Pawl ukoll . Jiena u Ilenia konna mixjin biex noħorġu mill-bieb il-Griegi u biex imorru lura l-bandli . Jiena ndunajt li kienu għaddew għoxrin minuta oħra u ftakart li fis-sagħtejn kienu ġejjin il-ġenituri għalina l-bandli.


Par 3
















Dak il-ħin bżajt ħafna li mhux sejrin lura fejn konna. Iċċekjajna l-magna taż-żmien u għafasna l-buttuna tal- present, u wara spiċċajna lura l-bandli taż-Żejtun fejn konna. L-Imdina ta'qabel hija ferm differenti miż-żmien tal-lum.