Ittra Elettronika



Lil magdamaria@internet.com

Mingħand emily.catania@posta.com.mt

Data 12.07.2018

Suġġett Il- vaganzi tas- sajf



Għaziza Magda,


Jiena ninsab tajba grazzi, nispera li int ukoll. Kemm qed nimmisjak! Bħalissa qed immur il-baħar ta' spiss u anka morna ħamest ijiem sa Sqallija. Malta hawn xemx taqli l-ankri għax is-sħana bdiet sew issa. Qed inqatta' ħafna ħin mal-ġenituri tiegħi, iz-zijiet u l-kuġini. Meta nmorru l- baħar, dejjem nieħu xi ktieb miegħi. L-iktar kotba li inħobb huma tal-avventura u fuq l-annimali. Għandi sorpriża għalik! Il-ġenituri tiegħi ħallewni niġi għandek Għawdex. U taf xiex? Ser iħalluni nitla' ġimgħa sħiħa. Tgħidx kemm jien eċitata! Narak dalwaqt.


Tislijiet,


Emily