Il-Jum Orangjo

Sabrina: Trid nagħmlu attivita' kontra l-vjolenza u l-ibbuljar l-iskola?


James: Iva peress li qiegħed għandek illum. Imma rrid inkun naf

għaliex?


Sabrina: Għax ilbierah ommi rċiviet messaġġ li fl-iskola tagħna qed

ikun hemm wisq vjolenza u bbuljar forsi inbiddlulhom

moħħhom u jieqfu.


James: Anzi Sabrina din okkazzjoni perfetta għax ġimgħa ohra, fil-

25 ta' Novembru huwa l-Jum Oranġjo.


Sabrina: Ma tantx qed nifhmek meta tgħid Jum Oranġjo.


James: Int bis-serjeta? Ma tafx xi tfisser il-Jum Oranġjo?


Sabrina: Le ma nafx ta'. Jaqaw meta is-sema ssir oranġjo?


James: Le Sabrina. Il-Jum Oranġjo jfakkarna kontra l-vjolenza u l-

ibbulijar.


Sabrina: Tajjeb wisq. Nistgħu ngħidu lis-surmast hekk nistgħux

nipprezentaw fil-bitħa quddiem l-iskola kollha.


James: Mela għada nistaqsuh hekk nistgħux. Insaqsuh jekk nistgħux

nagħmlu ukoll xi attivtajiet.


Sabrina: Nistgħu nibdew billi nħajru lil kulħadd jilbes flokk oranġjo

dakinhar.


James: U quddiem it-tfal nistgħu nitkellmu għalfejn aħna kontra l-

vjolenza u l-ibbuljar.


Sabrina: Nistgħu ngħidulhom iġibu bicca kartonċina oranġjo biex

nagħmlu ċappetta flimkien u nilbsuha l-iskola.


James: Lill-għalliema ngħidulhom biex fil-klassi ifakkru lit-tfal biex

jagħmlu ċart fuq dan is-suggett u jwaħħluha mal-ħajt tal-

klassi.


Sabrina: Iċ-ċart trid tkun oranġjo.


James: X'se nagħmlu biex infakkruhom li jridu jigu bi flokk oranġjo?


Sabrina: Ħalliha f'idejja dik. Aħna nagħmlu l-poster u ngħid lil ommi

biex tagħmlilna ħafna kopji tiegħu.