Triq Fejn noqgħod

Mela jien noqgħod f'triq President Anton Buttiġieġ, triq twila ħafna mimlija djar u ħwienet. Id-djar qegħdin fuq naħa waġda tal triq, u fuq in-naħa l-oħra hemm ħafna għelieqi

In-nies li joqgħodu ħdejna huma vera simpatiċi imma hemm persuna partikolari li ma tiqafx iddaħaqni, għalkemm dejjem ssiba hemm meta jkollok bżonn l-għajnuna . Fit-triq tagħna hemm ħanut nistagħu nigħdulu tal-Merċa. li kulħadd jiġi jixtri mingħandu.


Għandu parkeġġ kbir għalkhemm in-nies xorta jixtiequ jipparkjaq quddiem il-garaxx u il-mama tant x'kedda tagħmel biex toħroġ il-karozza darba ġejt mill-iskola biex ninduna li insejt iċ-ċwievet ġod-dar u il-mama kienet ix-xogħol.

L-unika ħaġa li stajt nagħmel kien li nsaqsi il-ġara. bħal maġija ġiet warajja b'sellum u tlajt u ġibt iċ-ċwievet u ftaħt il-bieb eżatti qabel ommi setgħet tinduna.

Għalkhemm it-triq tiegħi hija traffikuża jien kbirt ġo fiha u drajtha din it-triq l-ambjent u l-aktar importanti il-ġirien!