Kien il-Ħadd filgħodu u Mikiel u l-ġenituri tiegħu marru l-Mużew tal-Istorja Naturali. Damu biex waslu l-Imdina għax huma joqogħdu ż-Żejtun.


Il-Mużew kien antik u kellu ħafna kmamar. L-iktar kamra li interessat lil Mikiel kienet il-kamra tal-friefet. Kien iħobb ħafna dik il-kamra għax kellha ħafna kuluri differenti. Kull farfett kellu kulur sabiħ.


Mikiel baqa ċċassat lejn farfett blu u ommu u missieru baqgħu jduru l-Mużew. F’ħin bla waqt il-ħġieġa inqasmet min-nofs! II-farfett il-blu reġa' ħa l-ħajja f’salt. Dan tar lejn l-istatwi tal-dinosawri. Minn hemm ħareġ barra l-Mużew.


Mikiel ħassu skantat x’ħin ġara dan kollu u ħareġ mill-kamra bil-ġiri biex imur isib lil ommu u lil missieru.


Filgħaxija wara l-ikel xegħlu t-televixin u raw l-aħbarijiet.  Waqt l-aħbarijiet

raw li l-farfett il blu kien ħareġ mill-mużew u kien veru rari. Saru jafu li kien ilu

fil-mużew mitt sena. Mikiel ma qal lil ħadd għax beża' li jaħsbu li ħu fetaħ

il-ħġieġa.