Darba kien hemm mara li kienet trabi n-nahal u tmur tbiegħu fuq il-monti biex taqla l-flus. Darba kienet għamlet iktar ghasel mis-soltu. Hi poġġiet l-ghasel go borma tal-fuħħar u telqet lejn il-monti. Biex tasal il-monti kellha tgħaddi minn foresta. F'daqqa wahda waqt hi bdiet thewden u timmagina. Għalhekk ma ratx gebla ma' l-art u tfixklet fiha u l-ghasel spicca kollu fl-art. Il-mara bdiet tgħajjat, "X'inkiewt, x'inkwiet!" u b'geddum sal-art marret id-dar. Inzerta kien hemm xadin fuq sigra. Hu kien zghir u ma kienx jaf x' inhu ghasel. Hu mar iduqu u tant ghoġbu li kielu kollu. "Kemm hu tajjeb dan l-inkwiet," ħaseb ix-xadin.




Hu mar talab lill-iljunfant biex itih iktar ghasel imma hu talbu għall-inkwiet, għax hekk ħaseb li jgħidulu. Meta mar jitolb lill- iljunfat biex itih l-inkwiet, dak capcaplu daqqa ta' tromba u bid-daqqa habat ma' sigra u jzappap kif kien, mar ghand l-iljun.Hu ghamel istess u l-iljun qabdu u gidimlu l-koxxa.


Hu beda jibki u jolfoq u bil-pass il-pass mar ghand is-sahhar għaref u talbu wkoll għal ftit inkwiet. Dan tah borza u qallu li biex hadd ma johodlu l-inkwiet, imur jiftaħha f'nofs il-foresta. Hu mar bexxaq il-borza u daħħal imnieħru imma ma kienx riha ta' inkwiet u meta fetaħha 3 iklieb hargu u riedu iqattgħuh biċċiet!! Ix-xadin telaq jigri u tela' ma l-ewwel sigra li ra.Wara li l-klieb għejjew jinbħu hu nizel u mar għand ommu.


Ommu bdiet tinkwieta meta ratu hekk lil binha.Ix-xadin qalilha bl-istorja kollha u hi qaltlu biex jiddiskrivih.Hu qalilha li kien isfar, helu u iweħħel.Hi gabitlu bott ghasel u staqsietu jekk kienx dak. Ommu qaltlu, "Dan ghasel mhux inkwiet u jekk tkun trid minn dan ghidilhom ghasel!!"