Dar Kelba 33

Triq il-Klieb

Gżira, GŻR 1221

25-1-2023







Għażiża Kate,


Kif inti sejra fid-dar il-ġdida? Nispera li qed torqod sew fil-kamra ġdida tiegħek. Illum ser ngħidlek fuq il passatemp tiegħi li huwa l-arti.


Sirt nitħajjar inpinġi ħafna għaliex darba kellna nagħmlu xi tpinġija ta' qalb għax-xogħol tad-dar li kienet tagħtina kull nhar ta' Erbgħa l-għalliema tagħna.


Jiena npinġi kull tip ta tpenġija eżempju tan-natura, ta' nies, annimali tal-foresta jew tal-ilma bħal kelb il-baħar u ħafna iżjed x'tista' taħseb bħal oġġetti u għamara. Fis- sajf tal-elfejn tnejn u għoxrin, pinġejt ħafna tpinġijiet fosthom pingejt ġelat jaqa' ma l-art. Għandek bżonn żgur lapsijiet bil-ponta, gommom mhux maħmuġin, fardal nadif u ngwanti wżati li tista' ċċappas. Jien qatt ma' nitfaħhom fuq il-midja għaliex mhux dejjem jiġuni kif nixtieq jien.


Jiena nixtieq li nibda nuri l-arti tiegħi għaliex kieku nkun ferħana qisni ser ntir bil-ferħ. Xtaqt li xi darba ommi u missieri jpinġu miegħi imma dejjem ikollhom x'jagħmlu.


Nispera din l-ittra tasal għandek u ssibek qawwija u sħiħa.


Il-ħabiba tiegħek,

Martina.