Lura fiż-Żmien.



Darba waħda, kien hemm magna ġol-kamra tas-sodda tiegħi. Mort nara x'inhi, f'daqqa waħda ġibditni u ħaditni ġol-passat u jien bdejt nibża'.


Wara minuta ħaditni l-Belt Valletta, quddiem xatba u mill-ewwel indunajt li qiegħda fit-tieni gwerra dinjija. Għall-ewwel, is-sema kienet blu ċar u ħames sekondi wara, bdiet nieżla bomba enormi u jien staħbejt ġo dar kkulurita.


Kemm bdejt nibża', u wara xammejt riħa ta' ħruq u smajt bomba oħra nieżla. Meta ħarist barra, kienet nieżla bomba sewda faħma għal fuqi. Mort niġri ġo dar tal-metal u tal-fidda. Bdejt inħossni sigura ġo dik id-dar. Kienet tleqq daqs ix-xemx. Bdejt inħoss ħafna ħwejjeġ mal-art ħdejn saqajja.


Meta waqfu għal ftit sekondi mort lura fejn dik ix-xatba u sibt magna eżatti bħal ma kelli fil-kamra tiegħi. Kemm ħassejta stramba dik il-ġurnata.


Dħalt fil-magna u ħaditni lura d-dar. Għidt 'l ommi titla' tara l-magna, u baqat ċċassata għax qatt ma kienet ratha qabel.