Spettaklu ta' ħafna talenti



Is-Sibt fis-sitta ta' wara nofsinhar kien hemm spettaklu ta' ħafna talenti li sar fl-iskola taż-Żejtun. Din damet sitt sigħat u kien hemm xi mitejn ruħ.par1


F'dan l-ispettaklu kulħadd seta' jieħu sehem u kien hemm xi erbgħa u għoxrin parteċipant. Kemm kienu eċitati l-parteċipanti! Kien hemm żfin, kant, akrobazija u ħafna iktar affarijiet sbieħ.par2


L-iktar parteċipanti li impressjonaw l-udjenza kienu l-magician li kellu sittax-il sena u kien liebes kappell iswed u l-ieħor huwa l-break dancer u dan kellu għaxar snin u kien liebes hoodie. L-iktar wieħed li dejjaq lill-udjenza kien il-mima u dan kellu imnieħru aħmar u kellu wieħed u ħamsin sena.par3


Fl-aħħar kienu nġabru xi fondi għall-fqar u għal min huwa fil-bżonn, wara idea mill-kunsill. Żgur li kienet ġurnata memorabli għall-parteċipanti kif wkoll għall-udjenza. Din kienet xi ħaġa pożittiva ħafna u tajjeb li serati bħal dawn jibqgħu jsiru.par4