Waħdi fuq gżira diżabitata



Id-dagħjsa tagħna kraxxjat fuq ġebel li kienu kbar ħafna! Meta qomt, kont waħdi fuq gżira diżabitata.


L-ewwel mort nesplora l-gżira għal riżorsi biex insalva ruħi u ma sibt xejn. B'xejn riżorsi kont se mmut, għalhekk mort biex nistad għall-ħut. Wara nofsinhar kelli ħafna ħut. Kelli xi ħaġa biex niekol imma biex nixrob ma kien hemm xejn.


Bdejt nara jekk kienx hemm xi ilma nadif imma biex nara jekk hemmx ilma mort fiċ-ċentru tal-gżira. Sibt xmara bl-ilma nadif u ċelest. Kelli biex nixrob u biex niekol u bnejt dar għalija, imma ma kontx l-unika persuna hemmhekk!


Jum wieħed smajt ħoss ta' xi ħaġa u rajt għasfur kull kulur. Kien papagall aħmar u blu. Semmejtu Rio għax kien bħall-papagall mill-film "Rio".


Kif mort id-dar ma kienx daqshekk difficli. Ġibt l-ikel,l-ilma u lil Rio miegħi, bnejt ċatra biz-zkuk u bil-weraq u mort lura d-dar b'ħafna stejjer xi ngħid u bil papagall bħala l-pet tiegħi.


Mhux se ninsa qatt din l-esperjenza unika !!