Ommi ġiet bl-idea li insiefru u din kienet l-aqwa safra.Mort mal-mama tiegħi u kien hemm oħti

u ovvjament kien hemm nies li ma nafhomx.

Magħna ġew żewġ iħbieb tagħna.


Morna Franza u domna biex wasalna ħames sigħat.Morna din is- safra fis-Sajf, tlaqna filgħodu u kienet xemx taqli

l-ankri.Fil-bagalja ħadna ħwejjeġ, żraben u umbrella għal li jista jkun.Meta wasalna qbadna it-taxi u ħaditna sal-lukanda.Kien hemm passaġġi tal-ġebel żgħar u griżi.Fil-kamra tagħna kien hemm sodod fuq xulxin u għalina din kienet xi ħaġa ġdida.Kull filgħodu konna nieħdu ikel tajjeb.Fi Franza hemm Disneyland.Żorna ħafna postijiet ta' interess fosthom,Peter Pan,Thunder Mointion u ħafna oħrajn.Xtrajna ħafna souvenirs ħalli nibqgħu niftakru.Morna fuq ferrovija u l-gwida bdiet tispjegalna kif jagħmlu l-films u ħadna qatgħa kbira għax waqa' ħafna ilma quddiem il-ferrovija u ħsibna li ġej fuqna.


Waslet il-ġurnata li mmorru lura Malta.Ħassejtni ftit eċitat li ħa mmorru lura d-dar,imma imdejjaq ukoll għax il-vaganza spiċċat.Din tassew kienet safra mill- aqwa!