Djalogu l-fekruna u l-fellus


Din hija storja li ġrat ġewwa ħanut li jbiegħ l-annimali ġor-raħal

ta' Marsaxlokk. L-istampa li jien rajt sibtha ġewwa l-ktieb 'Pespes'

ta' Natalie Portelli. L-istorja tinvolvi fekruna, fellus u raġel jismu

Robert.


Fellus: Bonġu! Inti kemm inti kbira?


Fekruna : Jiena ili ngħix ġo din il-vaska għal madwar 10 snin.


Fellus : Jien ġejt hawnhekk ilbieraħ filgħodu. Ġabni trakk tal-ġwies kbir.


Fekruna : Minn fejn ġabek?


Fellus : Jien kont faqqast ġo kaxxa minn bajda żgħira ġewwa kamra taħt bozza.


Fekruna: Ommok fejn kienet meta inti twelidt?


Fellus : Lil ommi kienu serqulha l-bajd.


Fekruna : Kemm nixtieq li xi darba jiġi xi ħadd u jeħodna

flimkien ħalli nsiru qisna aħwa ta' xulxin.


Fellus: Jiena, in-nies jixtruni sabiex isajruni brodu jew fil-forn.


Fekruna: Jiena xortija tajba għax ma jistgħux jikluni.


Robert: Bonġu fekruna! Illum għandek ikel speċjali?


Fekruna: Robert, illum ħbieb mal-fellus ta' faċċata tiegħi.


Robert: Dak il-fellus ġa kien ser jinbiegħ.


Fekruna: Kemm għandu xortih tajba ġa kien ser isib dar u familja li tħobbu.

DAN ID-DJALOGU IKOMPLI FIL-PAĠNA TA' WARA.