koda jintilef.
L-Alpi huwa pajjiż li fih ħafna muntanji u foresti. Ġewwa l-Alpi kienu jgħixu familja
ta' orsijiet . Dawn kienu jikkonsistu fil-mama' ors li jisimha Matilda, il-papa' ors li kien jismu
Tug u l-ors iċ-ċkejken li kien jismu Koda .Koda kien ors dejjem ferrieħi u daqxejn imqarqaċ.
Darba fost l-oħrajn spiċċaw bla ikel għalhekk Matilda qalet lil Tug biex imur ifitex x'jistgħu
jieklu. Tug qal lil Koda biex imur miegħu. Koda kien wiċċu għad-dawl li sejjer mixja . Wara
ftit bdew il-mixja tagħhom . Il-missier intefa' quddiem u Koda mexa' warajh.Wara li għadda
ftit tal-ħin sew u mxew ftit mili mhux ħażin Koda lemaħ grupp ta' orsijiet tamparu
jilagħbu u ġera lejhom biex jilgħab magħhom. Tug baqa' miexi waħdu bla ma nduna li
Koda għosfor . "Koda trid nieqfu fejn dik ix-xmara ħalli nixorbu ftit?" qal Tug. Iżda Koda ma
weġbux lura . Hekk kif Tug ħares warajh induna li Koda mhux hemm. ''Koda!Koda!''
kemm għajjat il-missier beda jinkwieta mhux ħażin . Ġietu l-idea li jerġa jimxi lura
minn fejn għadda. Fil-pront ra lil Koda jiġri u jaqbeż ma' orsijiet oħrajn.Il-missier irrabja
miegħu sew u kellu geddum sal-art . Qallu biex ma' jerġax jagħmilha għax seta' jintilef.