X'ġurnata dik!

Il-Ħamis 25 ta' Ġunju, 2020

Għaziz djajru,

Fl-aħħar waslet dil-ġurnata. Kull sena n-nanna tiġi d-dar tagħna biex tagħmel il-kejk tal-Milied. Tliet ġimgħat qabel il-Milied, in-nanna ġiet id-dar tagħna. Kont għadni nqum u kif ħabtet il-bieb mort niġri fuqha. Wara ftit qagħdet tikteb l-ingredjenti li kellha bżonn tixtri mingħand tal-merċa. Fost l-ingredjenti kellha bżonn il-melħ imma dak kellha ommi. Biddilt malajr u morna nixtru flimkien. Fit-triq bdejt ngħidilha jekk nistax ngħinha tagħmel il-kejk ,imma n-nanna ma tħobbx min ibabas. Kif wasalna d-dar, in-nanna libset il-fardal, poġġiet in-nuċċali fuq imneħirha , għamlet il-ktieb fuq il-mejda u bdiet tiprepara l-ingredjenti skont ir-riċetta. Kif kien fadal biss il-melħ, daqq it-telefown u n-nanna marret tirrispondi ġo kamra oħra. Jien kont waħdi u dak il-ħin qbadt il-melħ u tfajtu mat-taħlita (imma jiena ma qgħadtx inkejjel !!) In-nanna ġiet u għidtilha li diġa' tfajt il-melħ bil-lest u kienet ħa taqbad tirrabja imma waqfet u qaltli "Orrajt issa kemm naħmuh". Beda jfuh, imma kien fadal daqsxejn biex induquh . Il-Milied wasal u l-ħin tal-kejk wasal ukoll, jien kont insejt x'kont għamilt! Kif daquh kullħad qarras wiċċu u n-nanna qabdet tgħajjat miegħi . Ma nerġax niżżattat!


Dejjem tiegħek,


Kieran