Il-persuna favorita tiegħi

  • 

Il-persuna favorita tiegħi huwa Collins Key. Jien sirt naf lil din il-persuna meta kont qed inqalleb fuq it-televiżżjoni. Huwa għandu ħamsa u għoxrin sena. Twieled f' Los Angeles, Kalifornja. Jien qatt ma ltqajt miegħu personalment u din hija xewqa li għandi. Huwa persuna famuża għalkemm għadu żgħir. Huwa twil kważi żewġ metri, għandu għajnejh blu, xagħru safrani u irqiq. Apparti li huwa 'youtuber', huwa attur, jaħdem fl-ispettaklu u jagħmel il-maġija. Huwa għandu mal-għoxrin miljun nies li jsegwuh. Huwa għandu ħuh iżgħar minnu li ħafna drabi jikkolaborha miegħu f'xi vidjows li jtella' fuq 'youtube'. Meta kellu tlettax-il sena ħa sehem f'programm tal-maġija għaż-żgħar bl-isem 'Magic Castle' u min hemm qatt ma ħares lura. Huwa ukoll kien ħa sehem f' 'America's Got Talent', fejn żar sitta u tletin belt f'sitt ġimgħat. Collins Key kien l-ewwel 'Digital creator' u ingħata l-opportunita' li joħloq u jipproduċi kontenut għal sitt ġimgħat għal 'Disney Channel'. Huwa ngħata diversi unuri minn eta' żgħira. Din il-persuna tispirani ħafna għax dejjem tarah bi tbissima minn naħa sa naħa u ferħan se jtir. Fil-vidjows tiegħu tarah jagħmel affarijiet u jikkumidja biex idaħħaq lis-segwaċi tiegħu flimkien ma' ħuh Devan. Huwa simpatiku ħafna u jiġbed lejh miljuni ta' żgħażagħ. Fil-vidjows tiegħu jagħmel ħafna 'give aways' li dawn ħafna drabi jkunu ġejjin mill-isponsors. Din il-persuna togħġobni għax jien xi darba ukoll naspira li nagħmel il-maġija għax togħġobni d-dinja tal-illużjoni. Ħaġa li togħġobni fih hi l-pożitivita' u li għalkemm famuż żamm siequ mal-art. Ħaġa żgħira li ddejaqni fih hi li waqt il-vidjows tiegħu jkollu ħafna mbarazz fuq il-mejda u mhux organizzat u fil-verita' ddejaqni għax jien hekk ukoll u din hi xi ħaġa li nixtieq nibdel.