Dakinhar li mort is-suq man-nanniet.

Is-Sibt li għadda sebaħ bnazzi u jien u n-nanniet morna s-suq.Morna bil-karozza l-ħamra tan-nannu.Fl-aħħar sibna fejn nipparkjaw il-karozza quddiem il-knisja.Ftit kellna x'nimxu.Xħin wasalna quddiem is-suq kienu t-tmienja u nofs.Kien hemm folla nies għand tal-ħwejjeġ.


In-nanna rat tal-ħut u riedet tixtri kilo lampuki.F'daqqa waħda xammejt riħa taqsam ta' pastizzi għax jekk taqsam it-triq hemm tal-pastizzi.Wara n-nannu ried jieqaf jixtri vażett żebbuġ,imma tatu erbgħa jiġru.



Wara ftit minuti rajt tal-kotba u jien ridt nixtri ktieb,għax kien avventuruż.Kważi b'xejn xtratuli n-nanna għax kien jiswa' ħames ewro.Wara rajt ħanut ibigħ il-ġiżirajjen.In-nannu xtrali ġiżirana bl-arzelli.



Kulħadd xtara xi ħaġa.Ftit wara itqajt mal-ħabiba tiegħi li kienet ma' ommha.Ħassejtni ferħana ħafna għax qatt ma kont mort is-suq.Nixtieq nerġa' immur