Il- ħanut tal- illużjonijiet u l- bużullotti.




Is- Sajf li għadda kont miexi fi sqaq imwarrab iz- Żejtun. F'kantuniera kien hemm ħanut li kien jismu Maġika Stramba .


Minn barra kien jidher ħanut interessanti għax kellu ħafna dwal jixegħlu. Jien qabditni kurżita kbira x'fih minn ġewwa u dħalt . Bqajt mistgħaġeb għax kien hemm affarijiet sbieħ u maġiċi. Kien hemm ħafna annimali li ma kinux ta' veru, kienu biss illużjonijiet . Kellu wkoll ħafna logħob interessanti bħall-karti tal- logħob enormi , fliexken taparsi vojta u ħafna iktar. Jien xtrajt kappell li jagħmel il- maġija . Il- kappell filli jkun vojt u f'daqqa waħda joħroġ fenek. Maġija oħra hija li l-kappell ikun iswed u kif tonfoħ ġo fih jiġi kulur ieħor.


Tgħidx kemm ħadt gost għax qatt ma rajt ħanut bħal dan . Jien kieku żgur nerġa' mmur , imma ma ngħid lil ħadd u nżommha bejni u bejn ruħi ħalli dan il- ħanut ma' jkun jaf bih ħadd.