12, Inżul ix- xemx

Triq l-Iskola

Birkirkara BKR 1234

12 ta` Mejju 2021





Għażiża nanna,


Qed nikteb din l-ittra biex ngħidlek grazzi talli ħadtni nqatta' xahar fl-appartament ta' Buġibba.


Grazzi talli kull filgħodu kont teħodni l-baħar. Qabel imorru kont tipprepara l-ikel biex nieħduh magħna.Kemm kienet tajba l-insalata tal-frott. Ħadt ħafna gost meta konna mmorru passiġġata filgħaxija. Grazzi talli kont tixtrili ġelat tal-frawli wara l-passiġġata.


Grazzi ukoll talli fi tmiemil-ġimgħa kont teħodni niekol f'xi ristorant. Kemm kienet tajba dik il-pizza li kilna. Kienet tassew esperjenza sabiħa li ma ninsa qatt.


Tislijiet,

Seth