Spettaklu ta' talenti.


Nhar il-Ħadd 20 ta' Awwissu fir-raħal pittoresk tagħna ta' Marsaxlokk wasal iċ-ċirklu Jack u s-siġra tal-fażola.


Dan wasal bid-daqq tal-brijju u l-mużika. It-tfal tar-raħal ħarġu ġol-gallarija u kien hemm tfal ħarġu jiġru magħhom. Fl-aħħar tal-purċizzjoni waslu l-annimali ġo trakk tat-trailer bit-twieqi miegħu. Huma ipparkjaw ġo għalqa kbira ma ġenb il-baħar. Minnufih bdew jarmaw it-tined għax l-għada kien ħa jibda' lis-spettaklu.


Fl-aħħar waslet il-ġurnata tant mistennija minn kulħadd. Tant kien hemm nies li lanqas titfa labra. Lis-spettaklu beda bl-iljuni jaqbżu minn- ġoċ-ċirku tan-nar. Wara kien hemm tigra tiġri wara biċċa laħam marbuta bil-ħabel. Bejn wirja u oħra bdew joħorġu l-buffi.


Fid-daqqa u l-ħin niżel minn mas-saqaf u kien marbut bil-ħabel. Dan jamgħel l-akrobazija. In-nies baqgħu mistaġbin iħarsu lejh. Imbgħad ħarġu xi nies isuqu l-muturi fiċ-ċirku tal-ħadid. Kien hemm wieħed raġel li jamgħel il-maġija. Waqt l-ispettaklu bdew ħerġin il-buffi bil-popcorn taċ-ċikkulata.


Fl-aħħar u mhux l-inqas l-ispettaklu taċ-ċirklu spiċċa b'togħma tajba għax kien hemm logħob għal kbar u għaż-żgħar. Din kienet esperjenza memorabbli u mhux ta' min jitlifha.