Dakinar li mort is-suq man- nanniet

Sitt xhur ilu mort għand in-nanniet għax ommi u missieri marru x-xogħol. In-nannu qalli li riedu jmorru jixtru Marsaxlokk man-nanna.

Wasalna fil-ħdax ta' filgħodu. Wasalna Marsaxlokk u kont għajjiena mejta għax morna bil-mixi. Kien temp xemxi b'żiffa ħafifa. In-nannu qalli biex immur nara l-kotba sakemm iġib il-flus. Jien mort u rajt ħafna kotba sbieħ u għażilt naqra kotba sakemm jiġi n-nannu .In-nannu ġie u kelli ħames kotba li b'kollox kienu għoxrin ewro. Kien hemm ħafna tfal jgħajtu u qtates inewħu imma kien hemm riħa ta' ikel u fjuri.

In-nannu kellu ħamsin ewro u stajt nixtri l-kotba . Kemm ħadt gost wara li xtrajt il-kotba. In-nanna marret tixtri xi statwa. Jien ħassejtni ferħana li sakemm mort id-dar bdejt naqra l-kotba.

Nixtieq nerġa' mmur nixtri xi kotba.