Ghażiża Magda,


Kif inti? Jien ninsab tajba u qed nieħu gost nisma' li qed tieħu pjaċir Għawdex. Jiena qatt ma mort Għawdex. Xi darba nixtieq li niġi s'għandek.


Daqt jibdew il-vaganzi tas-sajf! Waqt il-vaganzi jiena ħa noqgħod nilgħab bil-karozzi, bil-Lego u bl-Ipad. Ħa mur ngħum ma' ħuti u ħa niekol ħafna ġelat. L-aktar ħaġa li ddejjaqni fis-sajf, huwa d-dubbien fitt. Lilek xi jdejjqek mis-sajf?


Bħalissa qed nqatta' ħafna ħin nikteb fuq id-djarju tiegħi u naqra l-ktieb favorit tiegħi, 'Spiderman'.

Fil-ġranet li ġejjin, jekk il-ġenituri iħalluni, nerġa' nibgħatlek ittra elettronika oħra.


Tislijiet,


Emily










Lil: magdamaria@internet.com

Mingħand: emily@posta.com.mt

Data: 11.6.20

Suġġett: Il-vaganzi tas-sajf