lt-tim tal-papà jaħdem f'laboratorju tar-robots.Ftit ilu ivvintaw robot li isaqqi.Semmewh Mark u wara ħafna esperimenti kienu tawh lili.


Dan ir-robot kien metru iżgħar minni, kien magħmul bl-injam u rasu u żaqqu kellhom forma ta' kwadru.Idejh kienu differenti minn xulxin waħda tiżra' ż-żerriegħa u l-oħra tbixx l-ilma.


Kien jaf kull lingwa biex ikun jista' jintuża minn kulħadd. Mark jaħdem bis-solar panels biex nibżgħu għall-ambjent. Waqt li jkun qiegħed barra Mark jiċċarġja mix-xemx.


Jogħġobni għax iħobb jilgħab miegħi. Xi ħaga li ddejjaqni hi li ma jistax jieħu iċ-'charge' jekk it temp ikun imsaħħab.


Biex nirringrazzja lill-papa li laqqagħni ma' Mark,għamiltlu kartolina kbira. U tafu xiex? Mark iffirma fiha wkoll!. Grazzi, papa'!