Dakinhar li mort is-suq man-nanna u n-nannu

Jumejn ilu, kelli nqum kmieni biex immur is-suq man-nanna u n-nannu. Kienu s-sitta ta' filgħodu u kulħadd ried jixtri xi ħaġa. Ridna nħaffu għax inkella ma nilħqux nixtru għax ikun hemm ħafna nies jew forsi tagħmel ix-xita. Tlaqna u meta wasalna kulħadd mar fil-parti li tinteressah.


Is-suq kien mimli nies u iktar ma beda jgħaddi l-ħin iktar bdew żdiedu. Kien hemm minn kollox u dorna biex naraw x'hemm. Kien hemm tal-ħut, tal-frott, tal-ħwejjeġ u tal-ikel. Il-ħin beda jsir ġmielu u ftehmna li niltaqgħu f'post nofs siegħa wara li ltqajna. In-nannu mar ħdejn tal-kotba, in-nanna marret ħdejn tal-ħġieġ u jien mort ħdejn tal-annimali. Kulħadd f'qalbu beda jaħseb x'jista' għandu bżonn. Kif għadda l-ħin, kellna nerġgħu niltaqgħu fejn ftehmna. Kemm ħadna gost nuru l-affarijiet lil xulxin. In-nanna xtrat vażun tal-ħġieġ aħdar u n-nannu xtara kotba li kienu għal qalbu. Jien xtrajt stawta żgħira ta' ġiraffa li qatt ma rajt bħalha.


Konna sejrin 'l barra u ltqajna ma' xi turisti li riedu jkunu jafu minn fejn xtrajna l-affarijiet. Aħna urejnihom minn fejn. Erġajna waqafna għax in-nannu ra parti fejn ibiegħu l-għamara użata imma nduna li ma kellniex iktar flus illum. L-istess ġralha n-nanna u anke jien kieku xtaqt nixtri xi ħaġa oħra. Xtaqt kieku xtrajt ftit iktar ġugarelli.


Meta wasalna d-dar ridna naħslu dak li xtrajna minħabba l-mikrobi imma tiegħi ma stajtx u allura ridt inħallih ftit jiem qabel nużah. In-nannu poġġa l-kotba fil-librerija u n-nanna poġġiet il-vażun fil-kuritur ħdejn il-pjanti. Jien kont se npoġġi l-istawa fil-kamra tiegħi. Ħadt pjaċir is-suq man-nanniet u xi darba nerġa' mmur.