Meta ħlomt li mort f' Park tal-Fantasija.


Darba waħda, mort norqod fis-sodda kmieni. Ma tantx kont qed iħossni tajba dakinhar, għalhekk ħsibt biex immur nistrieħ. Bdejt nintilef fil-ħsibijiet u noħlom f' post tal-meravilja.



Dan il-post kien Disneyland. Sibt lili nnifsi miexja lejn il-kastell maġiku u mill-bogħod lmaħt lil Minnie Mouse fuq trejn. Din it-trejn kienet ħamra, ħadra u safra. L-ewwel jien mort nara lil Minnie u lill-ħbieb tagħha jkantaw u jiżfnu flimkien. Wara mort fil-kastell. Fil-kastell kien hemm ħafna attivitajiet x'tagħmel bħal face painting, logħob tal-ilma, ikel, bżieżaq u mejda tat-tpinġija b' ħafna kuluri.

Jien bdejt neċita ħafna ruħi bil-gost li bdejt nieħu! Kien hemm prinċipessa sabiħa jisimha Aurora. Din bdiet tilgħab miegħi u ħaditni fis-sular ta' fuq tal-kastell. Hemmhekk kien hemm tieqa żgħira u jien mort nittawwal. Kif ħarist rajt kollox żgħir ħafna, qisni kont ħafna iktar fl-għoli milli ħsibt. F' daqqa waħda l-art ta' taħti bdiet tiċċaqlaq u ħassejtni qed naqa' għal isfel.


Kelli qatgħa kbira fuqi u qomt b'tisbita kbira. Kont waqajt mis-sodda! Meta qomt kont kważi bdejt nibki bil-qatgħa u mort niġri nirrakonta kollox lil ommi. X' ħolma dik! Il-post kien sabiħ wisq u nixtieq ma waqajtx mis-sodda forsi kont inkompli noħlom avventuri sbieħ f' dak il-park tal-fatasija!