Il-Magna taż-żmien


Fil-vaganzi tal-Għid, jien u l-ħabiba tiegħi Giulia morna fil-ġnien pubbliku tar-raħal tagħna biex noqogħdu nilagħbu u nqattgħu l-ġurnata flimkien. Jien mort għal Giulia xi l-għaxra ta' filgħodu u mxejna sal-ġnien għax kienet ġurnata sabiħa.


Waqt li konna qed niġru, jien waqajt f'xi ħaġa stramba li kienet ġol-ħamrija. Iċċekkjajt x'inhi u għajjat niġri l-Giulia. Dan l-oġġett kien qisu arloġġ imma antik ħafna u kollu migruf. Kellu żewġ buttuni tondi u roża u fuq waħda kien hemm l-ittra 'P' filwaqt li fuq l-oħra kellu l-ittra 'F'. Aħna ma konniex nafu xi jfissru. Giulia qabdet u għafset l-ittra 'P' u f'daqqa waħda sibna ruħna f'post ieħor. Ħassejna l-għaraq ixoqq għalina bil-qatgħa li ħadna.


Indunajna li qegħdin fi żmien l-antik għax rajna n-nisa libsin l-għonnella, tfal jilagħbu biż-żibeġ f'nofs tat-triq u rġiel ibiegħu annimali ħajjin fl-ixkejjer. Imxejna ftit u ġo sqaq rajna djar antiki li kellhom il-bieb ta' barra miftuħ u riħa qawwija ta' brodu li bdiet taqsamli qalbi. Karozzi ma jeżistux u kulħadd ferħan se jtir.


Kemm ħadna gost naraw kif kienu jgħixu fil-passat u vera kienet avventura sabiħa. Iddeċidejna li nżommu dan l-arloġġ għalina u ma ngħidu lil ħadd u ftehmna li nerġgħu nużawh darba oħra.


Thais Catania - 5.2