Lura fiż-żmien

Darba waħda kont fuq is-sodda nisma' naqra diski u f'daqqa waħda rajt xatba quddiemi, dħalt ġo fiha u bqajt skantat...


Rajt ħafna tfal jiġru fit-toroq u minnhom ipenġu u jilgħabu l-boċċi. Ġo qalbi bdejt ngħid, jaqaw qiegħed lura fiż-żmien fejn kont irrid xi darba mmur!!! B'eċitament ħassejt qalbi trid toħroġ minn postha. Wara li qsamt it-triq rajt xi tfal jilgħabu l-passju u xi ġenituri jpenġu l-passju.


Bejni u bejn ruħi bdejt ngħid, jaqaw it-talb tiegħi qed jiġi veru! U bdejt nitlob li nara lil Ġesu'. F'daqqa waħda rajt dawl qawwi quddiemi li kważi għamejt. Wara li ġejt f'tiegħi rajt lil Ġesu' quddiemi. Wara ftit ħin ta' skantament beda jgħidli xi affarijiet mill-ħajja tiegħu. Kemm ħadt gost nisma' xi stejjer minn tiegħu.


Wara ftit ħin ġejt lura fis-sodda nisma' d-diski u naħseb għamilt xi għoxrin minuta nħares lejn il-ħajt għax qisu ma ġara xejn. Wara qisni ndunajt li qiegħed fil-ħajja normali.


Kemm nixtieq li nerġa' mmur lura fejn kont għax vera ħadt gost u forsi darb'oħra niskopri aktar dik id-dinja oħra li mort.