Ġest sabiħ


Kemm ilni bil-vaganzi d-dar kelli ċans ngħin lil ommi. Kont ta' ħafna għinuna iżda l-iktar ħaġa li tatni pjaċir kienet meta għint lil ommi biex iġġor xi affarijiet ta' oħti u ommi ma felħitx iġġor kollox għax kienet ma tiflaħx! B'dan il-ġest ridt nuriha kemm nirrispettaha u nħobbha. Ħassejtni tassew ferħan, kuntent u importanti. Ommi kienet kburija ħafna bija. Għalkemm għadni żgħir xorta nista' noffri l-għinuna tiegħi. Il-ġest li għamilt wera xi kwalitajiet sbieħ għandi f'qalbi lejn il-familja tiegħi. Ħafna drabi nkun aljenat u ma noffrix l -għajnuna tiegħi. Meta nonqos milli nagħti l-għajnuna tiegħi ma jfissirx li ma nkunx irrid inkun ta' għajnuna.

Din il-ġurnata għallmitni li fid-dinja kulħadd bżonn xulxin. Ommi tkun ta' ħafna għajnuna għalija u għalhekk pattejtilha billi għintha ġġor dak li kellha bżonn.