Kitba ta' ittra
Kitba ta' ittra
13,Il-Warda
Triq il-Ħarruba,
Iż-żejtun,ŻTN 1234
10 ta' Marzu,2023
Għażiża Zija Ġuża,
Kif inhuma z-ziju Pawlu u l-kuġini Ava u Luke? Nispera li huma jinsabu tajbin. Il-familja tiegħi u jien kollha ninsabu qawijjien u sħaħ.
Zi, għandi sorpriża kbira għallik, imma mhux ħa ngħidlek x'inhi għalissa ħa nħallik fuq ix-xwiek. Illum vera eċitata għax missieri se joħodni l-għalqa nara lill-qattusa! Imma jien ukoll ftit imdejqa għax ħabiba kbira minn
tieghi sejra fi skola oħra.
Zija Ġuża is-sorpriża hi li se niġu għandek l-Awstralja s-sajf li ġej! se naslu hemm f' 1 ta' Lulju fl-għaxra ta' filgħodu. Se ndumu xahar hemm. Se nkunu jien, ommi, missieri u oħti ż-żgħira. Int kuntenta li fl- aħħar se niġu nżuruk zi?
Hemmhekk se tkun ix-xitwa. Kif tkun ix-xitwa ta' hemm u x' tip ta' ħwejjeġ jaqbilina nġibu magħna? Trid li nġibulek xi ħaġa magħna minn Malta? Naf li Ava tħobb is-"soft toys" u li Luke iħobb il-karozzi. Iz-ziju Pawlu jrid xi ħaġa, forsi xi "mug"?
Zi, ħa jkolli nieqaf nikteb għax sar il- ħin
għall- ikla ta' nofsinhar. Se jkolli seba' mitt sena sabiex nirċievi ittra mingħandek. Kulħadd sella għalikom u iġri jasal il- mument li niltaqgħu.
In-neputi tiegħek,
Mark.