Familja ġdida għal Ken

Darba waħda kien hemm tifel jismu Ken li kien jgħix man-nanna tiegħu ġewwa Ħaż-Żabbar. Darba mar għandu sieħbu u sab lil Ken jibki fuq l-għatba tal-bieb. Sieħbu staqsih xi ġralu u għala kien qegħed jibki u Ken qallu li mar jixtri u issa ġa ilu xi siegħa li gie lura iħabbat il-bieb u n-nanna ma tiftaħlux. Ken qed jaħseb li mietet in-nanna. Il-ħabib tiegħu ċempel lil ommu u ċemplu l-ambulanza u ħadu lin-nanna l-isptar.


Il-ħabib ta' Ken kien sema' lil ommu u lil missieru jgħidu li setgħu jaddottaw lil Ken. It-tifel feraħ ħafna u meta qal lil Ken anki hu beda jifraħ. Tgħidx kemm qabżu bil-ferħ! Ken dam ħafna jgħix magħhom u vera kien kuntent.


Darba minnhom l-omm li addottat lil Ken semgħetu jgħid li jixtieq li kien jaf lil ommu propja għax dik kienet siefret meta twieled u ma reġgħetx ġiet għalhekk kien dejjem jgħix man-nanna ta' Ħaż-Żabbar. Allura l-omm riedet tara kif tista' ssib lil ommu propja ħalli tferħu iktar.


Meta kien ħa jagħlaq għeluq sninu Ken għamlulu festin kbir fis-sala u kellu ħafna ħbieb mistednin jilagħbu miegħu. Meta kien ħa jaqsam il-kejk kulħadd mar mal-mejda jkantalu u f'daqqa waħda bħala sorpriża ħarġet omm Ken il-propja tkantalu ukoll. Ken vera feraħ u bis-saħħa t'ommu li issa kienet qed tieħu ħsiebu sar jaf lil ommu propja!