'Ħarsa 'l quddiem' - L-iskola l-ġdida tiegħi.

Samuel Tesi 6.1 London

Jien ferħan u eċitat li se nibda nattendi skola ġdida u li se nerġa nibda nara lil sħabi. Qed nistenna li l-ewwel ġurnata tagħna se tkun ħafna differenti. Sakemm nibda nidra, se nkun xi ftit imħawwad imma naf li mhux se nħossni hekk jien biss. Ħerqan li se nitgħallem suġġetti ġodda li qatt m'għamilt fil-primarja. Għalkemm rajt lis-surmast il-ġdid fuq il-kompjuter, nixtieq niltaqa' miegħu. Nixtieq ukoll nagħmel ħbieb ġodda. Narakom :-)