Il-Ħlejqa

"Ma! ma! inqalgħatli sinna". ommi ġiet f'ħakkat'għajn biex tara xi ġrali .Sabitni fis-sodda abjad karti għax kelli d-demm ma' ħalqi , jien u ġejj lura biex nerġa norqod imsarni niżlu f'saqajja għax ilmaħt mostru jiġġebbed minn taħt is-sodda .

Il-mostru kellu erba' jdejn bħas-swaba tal-qarnita , par għajnejn ileqqu fid-dlam ,minn daru jisponta x-xewk u minn ħalqu żewġ nejbiet twal bħal tal-vampir. "Ej x'inti tagħmel " għidtlu b'leħni jirtogħod. Il-mostru minn-taħt l-ilsien qalli "Jien niġbor l-isnien tat-tfal ","għaliex?"saqsejtu fil-pront huwa qalli "ghar-razza tiegħi hija riżorsa importanti".

Jiena ma ritdux jieħodli is-sinna għax ommi kienet se ittini rigal tagħha . Huwa irrispondini "Jekk nieħu is-sinna tiegħek tista titlobni li trid ". Ma ħsiebtiex darbtejn u għidtlu "Nista niġi fil-post fejn tgħix inti?" Hu qabel miegħi fetaħ bieb inviżibli taħt is-sodda u ġibidni miegħu għall ġo fih .

Ħabta u sabta sibt ruħi ġo raħal abjad karti fejn kollox kien magħmul mis-snien . Rajt mostri koroh imma dħulin.

Fejn qatt bsart li bis-snien setgħu jibnu djar ,jagħmlu t-toroq