12 ta ' Jannar , 2021

                                    Zoe l-Mostru 


Par 1

Dakinhar li  tfaċċa mostru kbir quddiem il-bieb tad-dar jiena nħsadt. Jiena staqsejtha x'jisimha u x'qiegħda tagħmel fejn il-bieb tad-dar u qaltli li kienet qiegħda tipprova ssib dar u li kien jisimha Zoe . Hija kienet weħidha . Wara ftit  ġiet ommi tiċċekja jekk mhux kollox sew u staqsietni "min hija din ?" Jiena għedilha li din mostru u qed tipprova ssib dar fejn toqgħod .


Par 2

Zoe għandha figura ta' tfajla ta' tlettax il-sena . Zoe hija twila u rqiqa . Hija kienet liebsa libsa sabiħa ħafna bħalma jilbsu t-tfajliet .  Xagħarha twila ħafna u kulur isfar imħallat bir-roża . Għandha ukoll widnejha ppuntati bħal tal-volpi.


Par 3

Kien il-Ħadd wara nofsinhar, meta tfaċċat Zoe, quddiem il-bieb ta ' barra.Dak il-ħin li ġiet Zoe , il-familja tiegħi u jiena konna qegħdin nieklu. Aħna nħsadna kif rajniha wara il-bieb għax qatt ma rajna mostru. Dak il- ħin daħħalniha ġewwa d-dar u staqsejniha jekk tridx tiekol magħna.Wara tlajna fuq fil-kamra tiegħi jiena u Zoe u qgħadna nilagħbu bl- iPad. Zoe baqgħet tgħix magħna d-dar, jiena u Zoe sirna ħbieb kbar u kull fejn imur Zoe dejjem tiġi miegħi.Meta kellha sittax il-sena ddeċidiet li tmur mal-familja tagħha u jiena mort magħha. Għand il-famlja tagħha għamilna tlett ijiem norqdu hemm. Wara dawk it-tlett ijiem morna lura d-dar tiegħi .


Par 4

Zoe baqgħet tgħix magħna u saret parti  mill-familja tiegħi . Aħna sirna nħobbuha  ħafna u għadha magħna sa llum.