It-Tnejn 18ta' Marzu 2024

Il-Magna taż-żmien


Xi xahar ilu ġratli waħda tinkteb.Qatt ma ħlomt li setgħet tiġri lili. Waqt li kont qiegħda nilgħab fuq il-bejt sibt kaxxa stramba u minn hemm bdiet din l-avventura.


Il-kaxxa li sibt kienet griza u kellha madwar għaxar buttuni. Qabditni kurżita' kbira għax ma stajtx nifhem

x'kienet din il-kaxxa.Iddeċidejt li naqbad nagħfas il-buttuni u f'daqqa waħda sibt ruħi go post antik ħafna. Bdejt niskopri li ġejt fis-snin ħamsin.


Bdejt nara li ma tantx kien hemm karozzi u dawk li kien hemm kienu differenti. Rajt ħafna tfal jiġru u jilagħbu barra. L-ilbies tagħhom ukoll kienu differenti. Mal-ħin bdejt inxomm riħa ta' ikel tfuħ. Kienet qisha riħa ta' xi soppa tajba. In-nies ta' madwari baqgħu ċċassati lejja u ndunaw li mill-ilbiesi li kont libsa li jien ma kontx ta' l-istess żmien tagħhom. Għalhekk ħeġġuni biex immur inkellem wieħed raġel u jkun jista' jerġa jeħodni lura fi żmieni.