Tikka Malti Kitba Kreattiva.








Safra mill-aqwa


               

                Kien il-ħdax ta’ Awwissu u kienet waslet il-ġurnata li l-familja tiegħi u jien konna ilna nistennew. Kont ser intir bil-ferħ għax fl-aħħar kienet waslet il-ġurnata li konna ser insiefru ma’ tal-Iscouts.


Dakinhar jien tirt minn ġos-sodda għax ridna nkunu l-ajruport ta’ Malta fis-sagħtejn ta’ filgħodu.  Kien għadu dlam ċappa.  Kif wasalna għajnejja mill-ewwel marru fuq il-grupp tal-iscouts li kienu libsien il-flokkijiet il-ħodor tal-uniformi u l-iskarf.  Wara ftit tajna il-bagalji lill-impjegati tal-ajruport u f’kemm trodd salib, il-ħin tar u sibna ruħna ġol-ajruplan.  Kont eċitat ħafna għax kienet l-ewwel esperjenza tiegħi fuq l-ajruplan.


                X’ħin ħriġna mill-ajruport ta’ Polonja, sibna l-kowċ tistenniena biex twassalna Zakopane sal-, il-post li konna ser noqogħdu f’dik il-ġimgħa. Aħna qgħadna ġo djar tal-injam li kienu imdawwrin b’ħafna siġar u ġonna. Dik il-ġimgħa aħna qattajnieha nesploraw il-pajjiż. Kif wasalna il-leader tatna il-programm tal-ġimgħa kollha. L-ewwel ġurnata tlajna fuq muntanji għoljin ħafna jisimhom Tatra Mountains. Tlajna bil-funikular. Għalkemm kif tlajna fil-quċċata ħassejt il-kesħa, kont qisni fil-ġenna tal-art bl-arja pura u friska u l-veduta meraviljuża. Ġranet oħra morna nżuru xmara magħluqa bl-isem Morski Oko.  Biex wasalna ħdejha rkibna fuq karru taż-żwiemel. Konna sodisfatti li rnexxilna nduru bil-mixi madwar l-ixmara kollha. Aħna morna fuq ċattra biex nżuru xmara oħra enormi. Stajna naraw ħafna nixxiegħat tal-ilma u nies jistadu. Dejjem inzerta bnazzi izda ġurnata minnhom inzertat xita bil-qliel anke silġ. Aħna ma qtajniex qalbna u morna ġurnata mimlija avventuri. Għamilna z-zipline u ixxabatna mal-ħbula. Ħadna ħafna pjaċir, dakinhar għamlulna atmosfera tal-Milied.


            Din is-safra għaddiet qisha ħolma. Kienet mimlija daqs bajda u baqgħet stampata ġo moħħi. Għadna sa issa nidħqu bil-praspar li għamilna jiena u sħabi.

JAYDEN GALEA Year 5.2 MS INGRID FARRUGIA