It-triq fejn noqgħod.

Jiena noqgħod iż-Żejtun.Iż-żejtun huwa post żgħir f'Malta. Hemm ħafna nies li joqgħodu ż-Żejtun. Għandi żewġ iħbieb li jiġu l-iskola miegħi u joqgħodu ħdejja.Jisimhom Faye u Leona. Faċċata tiegħi joqgħod tifel daqsi. Jismu Luke u hu vera intelliġenti. Ħdejja hemm knisja u hemm il-bandli fejn jien sħabi noqogħdu nilgħabu hemm ħafna ħwienet. Żewġ ħwienet li huma ħdejn id-dar tiegħi huma l-lasco u l-Gold Lady li hu ħanut tal-ġojjellerija.


Darba minnhom kont qiegħda nilgħab mal-qattus tal-ġirien tiegħi. Konna fuq il-bejt nilagħbu bil-ballun. Meta għajtitli ommi biex naħsel il-platti.Inżilt malajr u biż-żball ħallejt il-bieb tal-bejt miftuħ. Il-qattus baqgħet niżla' lisfel. Isfel nett wieħed mill-ġirien tiegħi daħal ġewwa b'ħafna kaxxi. Il-qattus telqet tiġri. Il-ġar tiegħi ma ndunax u baqgħu għaddej. Meta mort lura fuq il-bejt indunajt li l-qattusa ma kinitx hemm ħsibt li ħaduha l- ġirien mort niċċekja imma xejn. Iċċekjajt isfel nett imma xejn. staqsejt lil kulħadd. Bdejt nippanikja. Kulħadd mar ifitex barra imma xejn. Sakemm fl-aħħar Luke kien se jmur jixtri l-lasco sema' ħoss żghir taħt karozza. Ra x'k8enet keinet il-qattusa. Qabadha u ġabili id-dar tiegħi. Taf kemm kont ferħana! Inħobb noqgħod iż-Żejtun imm kieku jiena. Kull ma nixtieq iktar ħwienet għax ftit hawn.