Ir-Robot

Darba jien mort nixtri mingħand tal-ħanut. Jien u miexja fil-ħanut bumm, ħbadt ma' xi ħaġa, tgħid x'inhi? Rajt par għajnejn. Indunajt li dan hu robot. Ir-robot qal "bonġu, jiena Tina. Kif nista' ngħinek?" Jien stgħaġibt. Jien staqsejtha min ivvintaha u qaltli li għamilha tal-ħanut. Kemm kienet kbira! Kienet magħmula mill-ħadid u rasha forma ta' kaxxa. Saqajha kienu bir-roti u żaqqha kienet roża.


Tina taħdem bil-pannelli solari, naf għax rajthom b'għajnejja. Taf titkellem fuq in-natura u taf titkellem bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż imma ma tafx ngħum. u


Jien staqsejtha għaż-żerriegħa tal-ħarrub u ħarġet ħafna kxaxen mimlijin żerriegħa tal-ħarrub. Jiena għażilt waħda. Wara għedtilha grazzi. Imbagħad staqsejtha għall-ħut u wrietni l-ħut li ridt u spjegatli fejn jgħixu u li jgħixu f'post sħun. Qaltli wkoll fuq l-għasafar u l-fjuri u t-tiġieġ kif ibidu l-bajd.


Fl-aħħar mort biex inħallas u lil tal-ħanut għedtlu li għoġobni r-robot għax jgħidlek fuq in-natura. Staqsejtu minn fejn nista nixtri wieħed u qalli "tista tieħdu għax lili xejn ma' jgħinni". Jien kont ferħana se ntir.